Ħidma tal-fuħħar Pottery
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal ĦIDMA TAL-FUĦĦAR fiħ parti waħda kkumplikata. Il-ponot tas-swaba’ l-kbar taż-żewġ idejn imiss is-swaba’ tan-nofs tal-id. Id waħda tibda bil-pala tħares ’l isfel u l-oħra bil-pala tħares ’il ġewwa. L-idejn jitilgħu bil-mod waqt li jduru ftit u s-swaba’ jibqgħu jmissu ’l xulxin. L-idejn imbagħad jinfetħu, jieħdu l-forma ta’ 5 bis-swaba’ mifrudin u l-pala ta’ id tħares lejn il-pala l-oħra, ikomplu mexjin biex il-pala tħares ’l isfel u jibqgħu telgħin sakemm il-pala ta’ id tħares lejn l-oħra. L-idejn iduru ftit bħal ma jiġri fil-produzzjoni ta’ xi vażun tal-fuħħar.
The sign for POTTERY has one complicated part. The fingertips of the thumbs touch the middle fingers. One hand starts off with the palm facing downwards and the other with the palm facing inwards. The hands move up slowly as they turn a little and the fingers remain in touch. The hands then open up, take the shape of 5 with fingers apart and the palms facing each other, continue moving until the palms face downwards and continue moving up until the palms face each other again. The hands turn a little as in the formation of clay vase.